Lokali

“Lest għat-taqbida kontra min irid jivvendika ruħu” – Joseph Muscat

Wara l-aħħar żviluppi dwar l-Inkjesta Maġisterjali ta’ Vitals, fejn ġew ippreżentati fil-Qorti akkużi kontra Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Edward Scicluna, Joseph Muscat dahar għal Facebook fejn qal li huwa “lest għat-taqbida kontra min irid jivvendika ruħu”.

L-Eks Prim Ministru Laburista qal li “din issa ma baqgħetx biss vendetta politika, iżda ttrasformat ruħha f’pastażata u abonimazzjoni fejn ħajjet għexieren ta’ persuni qed jintremew fil-miżbla tal-burokrazija” għal snin sħaħ għal konvenjenza ta’ wħud”.

Fl-aħħar ħin, Net News żvela li Joseph Muscat spiċċa b’ordni ta’ ffriżar ta’ €30 miljun fejn se jkun mixli bi frodi, ħasil ta’ flus u korruzzjoni.