Lokali

Manuel Cuschieri se jniżżel in-nies fit-toroq

Wara li matul il-jum tat-Tnejn ġie żvelat li ġew ippreżentati l-akkużi fil-konfront tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ 19-il persuna oħra, Manuel Cuschieri spiċċa jgħid li din kollha hija gidba.

Apparti dawn l-akkużi, ġie żvelat ukoll li nħarġet ordni ta’ ffriżar ta’ €30 miljun fuq l-assi ta’ Joseph Muscat, iżda permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali għal darba darbtejn il-propogandista ewlieni tal-Labour Manuel Cuschieri qal li din hija sempliċiment gidba.

Huwa qal ukoll li dawk kollha li se jkomplu jirrappurtaw fuq l-iffriżar ta’ €30 miljun se jkunu qed jirriskjaw il-kreddibbiltà personali tagħhom. Iżda min-naħa l-oħra, Cuschieri qal li jittama li din l-Inkjesta tkun ippubblikata minnufih.

Manuel Cuschieri qal li mal-mument li tkun magħrufa d-data ta’ meta Joseph Muscat se jitressaq il-Qorti, huwa ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jinżel quddiem il-Qorti sabiex ħadd ma jagħmel vendetta politika fil-konfront tal-Eks Prim Ministru. Dan għaliex skontu, hemm nies li jridu jagħmlulu ħajtu miżerabbli.