Lokali

Mara arrestata b’rabta ma’ importazzjoni tad-droga

Griega ta’ 27 sena ġiet arrestata mal-wasla tagħha f’ Malta, wara
sejba ta’ pakketti bi droga li nstabu fil-bagalja tagħha.


Uffiċjali tad-Dwana wettqu spezzjonijiet ta’ passiġġieri li s-Sibt filgħaxija waslu fuq titjira li
bdiet f’Madrid li waslet Malta wara konnessjoni mill-Ġermanja.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-Pulizija u fi tfittxija fil-bagalja tal-mara instabu pakketti bi 15-il kilo
sustanza suspettata ħaxixa tal-cannabis.


Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Ian Farrugia li ħatar inkjesta.


Aktar tard illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, il-mara ser tkun qed
titressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Abigail Critien.