Formula 1 Sport

Norris għal Mclaren jirbaħ fi Miami

Lando Norris għal McLaren rebaħ il-Gran Prix ta’ Miami sabiex temm is-serje ta’ rebħiet ta’ Max Verstappen. Norris għamel id-distanza f’siegħa u 30 minuta 48.876 sekondi b’distakk fuq Max Verstappen għal Red Bull Racing ta’ 7.125 sekondi u ta’ 9.925 sekondi fuq Charles Leclerc għal Scuderia Ferrari. Fir-raba’ post daħal Sergio Perez għal Red Bull Racing qabel Carlos Sainz għal Ferrari.

Fil-klassifika tas-sewwieqa, fl-ewwel post jibqa’ Max Verstappen b’136 punt qabel Charles Leclerc għal Ferrari bi 98 punt.

Fil-klassifika tal-kostrutturi, jibqa’ d-dominju ta’ Red Bull Racing b’total ta’ 239 punt qabel Scuderia Ferrari b’187 punt.