L-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Franklin Micallef (mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem), nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 2024, fis-6.30pm, fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex, il-Belt Victoria.
Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 23 ta’ Mejju, fit-8pm, fl-Anfiteatru ta’ Villa Rundle, il-Belt Victoria. Wara, mill-10pm sas-7am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinand fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri, il-Belt Victoria.
Kemm l-Ordinazzjoni u kemm il-Velja se jkunu mxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese.
L-Ordinazzjoni se tixxandar ukoll fuq UTV, Xejk TV u Radju Marija 102.3FM.
//= $special ?>