Futbol Sport

Punt prezzjuż għal Udinese kontra Napoli

(Ritratt: EPA)

Fil-Blue Energy Stadium – Stadio Friuli : Udinese 1 Napoli 1

Riżultat li jħalli lil Udinese jittamaw li għad jistgħu jsalvaw posthom fis-Serie A minkejja li għadhom fit-18 il-post iżda qabżu lil Sassuolo, u bi 30 punt jinsabu żewġ punti taħt Frosinone u Empoli. 0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima b’Napoli aktar fil-partita, fil-51minuta meritatament marru fil-vantaġġ.

Minn azzjoni ta’ Matteo Politano kien Victor Osimhen li għeleb lil Maduka Okoye. Fit-80 minuta gowl tal-istess Osimhen ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside. Bil-partita destinata għal rebħa minima għal Napoli, fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud, Udinese kisbu l-gowl tad-draw. Azzjoni ta’ Thomas Kristensen lejn Isaac Success għeleb lil Alex Meret għal 1 – 1 . Minuti wara Gianluca Aureliano saffar tmiem il-partita.