Futbol Sport

Rebħa importanti għal Atalanta

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Arechi : Salernitana 1 Atalanta 2

Rebħa importanti għal Atalanta li mmaturat fit-tieni taqsima u li permezz tagħha laħqu lil Roma fil-ħames post b’60 punt . Fit-18 il-minuta minn azzjoni tga’ Emanuel Vignato kien Loum Tchaouna li għeleb lil Marco Carnesecchi biex poġġa lil Salernitana fil-vantaġġ. 1 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Kibret il-pressjoni minn Atalanta fit-tieni taqsima tant li fis-57 minuta minn azzjoni ta’ Mario Pasalic kien Gianluca Scammacca li għeleb lil Vincenzo Fiorillo għal 1 – 1 . Ebda reazzjoni minn Salernitana bir-riżultat li Atalanta approfittaw b’Teun Koopmeiners jgħeleb mill-ġdid lil Fiorillo fit-63 minuta . 2 – 1 rizultat li biħ intemmet il-partita