Futbol Sport

Telfa kbira għal Manchester United kontra Crystal Palace

Manchester United sofrew telfa umiljanti kontra Crystal Palace,f’Selhurst Park, fl-unika logħba mill-Premiership li kellna lbieraħ.

Manchester United sofrew żewġ goals f’kull taqsima u t-telfa setgħet kienet iktar umiljanti għaliex Palace kellhom diversi ċansijiet u anki laqtu l-lasti. Olise fetaħ l-iskor fit-12-il minuta, u ħames minuti mill-intervall kien Mateta li skorja t-tieni goal.

Fit-tieni taqsima ma kien hemm l-ebda reazzjoni min-naħa tar-Red Devils u Palace skorjaw darbtejn oħra permezz ta’ Mitchell fit-58 minuta, u bit-tieni goal personali ta’ Olise fis-66 minuti biex il-partitarji tal-Eagles setgħu jagħmlu festa.