Iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta qed jistieden lill-pubbliku għall-ftuħ tal-wirja China (Hainan) Intangible Cultural Heritage, nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju fis-6pm. Magħrufa bħala l-“Hawaii taċ-Ċina,” il-provinċja ta’ Hainan hija l-unika gżira tropikali fiċ-Ċina.
Hainan huwa mogħni bi 82 oġġett ta’ wirt kulturali intanġibbli fil-livell provinċjali jew ogħla, li minnhom 32 kisbu rikonoxximent nazzjonali bħala teżori. Dawn it-teżori kulturali huma l-pilastri taċ-ċivilizzazzjoni ta’ Hainan, u jirriflettu l-vitalità dejjiema u l-iżvilupp kontinwu tagħha.
Il-wirja China (Hainan) Intangible Cultural Heritage se tkun qed tippreżenta għażla ta’ ritratti, oġġetti u kostumi li juru l-wirt kulturali u d-drawwiet diversi u distinti ta’ Hainan. Fost dawn id-drawwiet insibu l-prattika tat-tinqix tal-ġewż tal-Indi.
Dawk li se jżuru din l-esebizzjoni jistgħu jiskopru aktar drawwiet kurjużi tal-Provinċja ta’ Hainan.
Id-dħul huwa bla ħlas, madankollu minħabba l-ispazju limitat, hu rrakkommandat li tintbagħat email fuq events2024ccc@gmail.com biex tirriserva post.
Iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta jinsab f’173, Triq Melita, il-Belt Valletta.
Top of Form
//= $special ?>