Borussia Dortmund saru l-ewwel finalisti tal-UEFA Champions League wara li kisbu żewġ rebħiet ta’ 1-0 f’żewġ legs fuq PSG fis-semi-finali.
F’din ir-rebħa kienet id-daqqa ta’ ras ta’ Mats Hummels fil-50 minuta li ddeterminat il-partita mill-korner ta’ Julian Brandt, filwaqt li fl-ewwel partita fis-Signal Induna Park, kien il-gowl ta’ Niclas Fulkrug li kien deċiżiv.
Fit-tieni Leg, PSG kellhom partita dominanti fejn saħansita laqtu l-minduda darbtejn, b’Mbappe jolqota wara 70 minuta logħob mill-viċin, filwaqt li l-midfielder Vittinha ġie miċħud minn gowl mill-isbaħ fit-88 minuta meta hu ukoll laqat il-minduda, b’din id-darba b’xutt potenti minn barra l-kaxxa.
Għada jiġi magħruf it-tieni finalist, hekk kif Real Madrid se jaffrontaw lil Bayern Munich fid-9:00pm, bl-iskor wara l-ewwel leg ikun 2-2.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum
PSG v B. Dormtund 0-1 (0-2)
Għada
R.Madrid v B.Munich 9:00pm
(2-2)