Lokali

Fearne u Scicluna akkużati bi frodi

Id-Deputat Prim Ministru flimkien mal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali kif ukoll numru ta’ Avukati qed jiġu akkużati bi frodi b’rabta mal-iskandlu tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet.

Il-ġurnal Times of Malta żvela wkoll li dawn qed jiġu akkużati bi gwadann frawdolenti b’rabta mal-ftehim tal-isptarijiet, fost l-oħrajn.

Fearne u Scicluna flimkien ma’ 14-il persuna oħra u żewġ kumpaniji, huma fil-lista tat-tieni sett ta’ akkużi u dan ifisser li huma mhux akkużati b’tixħim jew li b’xi mod jew ieħor influwenzaw id-deal bejn il-Gvern u l-isptarijiet, però xorta qed jiffaċċjaw akkużi serji ħafna.