Futbol Sport

Floriana fil-finali tal-Izibet FA Trophy bil-penalty tal-goalkeeper Andrijanic

(Ritratt: Catriel Farrugia)
Il-goalkeeper ta’ Floriana Nemanja Andrijanic skorja l-penalty tar-rebħa (Ritratt: Catriel Farrugia)

Neil Camenzuli

FLORIANA …………………………………..2 (5)

GŻIRA UNITED  …………………………. 2 (4)

Floriana : N.Andrijanic, O. El Hasni, K.Reid, M.Nogureira (A.Magri Overend 111’), D.Vella, O.Spiteri, N.Garcia, C.Zammit Lonardelli, A.Kouro (G.Yameogo 37’), A.Garzia (J.Grech 59’), L.Furtado (M.Veselji 90’),

Gżira: D.Zarkov, C.Filho (R.Zuniga 53’, T.Espindola 114’), G.Bohrer, T.Aldama, Z.Scerri (B.Borg 87’), M.Dias, L.Macula, L.Riascos (E.Ewertton) , K.Spence, Z.Cassar, J.Mendoza

Imwissija: J.Grech 64’ (F), T.Aldama 20’, M.Dias 50’, L.Macula 102’ , E.Ewertton 110’

Tkeċċew: M.Garcia 58’, O.El Hasni 72’ (F)

Skorjaw: M.Garcia 45’, K.Reid 49’ (F), G.Bohrer 12’, Z.Cassar 37’ (G)

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Shaun Calleja

Floriana komplew l-istaġun pożittiv tagħhom hekk kif rebħu s-semifinali missielta fl-Izibet FA Trophy kontra Gżira United wara li dawru telfa f’rebħa u ħadu l-partita sal-għoti tal-penalties, bl-iskor wara 120 minuta jkun 2-2, bil-Greens jirbħu 5-4 bil-penalties.

Minkejja li Floriana tilfu l-kampjonat fl-aħħar ġimgħa, xaqq ta’ tama għall-Furjaniżi hekk għadhom fiċ-ċans li jtemmu l-istaġun bit-Tazza. Il-finalist l-ieħor ikun magħruf għada fil-partita bejn Birkirkara u Sliema Wanderes fis-7pm fl-Istadium Nazzjonali.

Floriana għaddew għall-finali minkejja li għamlu parti kbira mill-partita jilagħbu b’disa’ plejers, hekk kif l-ewwel tkeċċa l-awtur tal-gowl Matias Garcia fis-56 minuta, biex sussegwentament tkeċċa Oulid El Hasno fit-72 minuta.

Gżira bdew fuq sieq tajba hekk kif l-aqwa skorer tat-tim Gabriel Bohrer, sab ix-xibka għall darb’oħra fit-12-il minuta b’daqqa ta’ ras tajba minn korner.

Il-Maroons komplew jiddominaw l-ewwel taqsima hekk kif fis-37 minuta rdoppjaw minn korner ieħor, din id-darba Zachar Cassar isib ix-xibka b’konklużjoni tajba wara li Andrijanic tajjar l-ewwel ballun.

Floriana rnexxielhom jiskorjaw gowl lura fl-ewwel taqsima hekk kif Matias Garcia sab ix-xibka biex naqqqas l-iskor.

Fit-tieni taqsima, Floriana ħarġu fuq l-offensiva biex Kemar Reid fid-49 minuta għamel l-iskor indaqs.

L-iskor baqa’ 2-2 sad-90 minuta, bil-partita tmur għall-ħin barrani, fejn wara nofsiegħa logħob oħra l-iskor baqa’ l-istess.

B’hekk il-partita marret għall-għoti tal-penalties, bil-Maroons jagħtu l-ewwel.

Għal Gżira skorjaw Bohrer, Mendoza, Silva, Espindola, b’ Thaylor Aldama jkun l-unika plejer li jfalli għal Gżira.

Min-naħa l-oħra, ħaġa mhux tas-soltu hekk kif għal Floriana skorjaw Veselji, Grech, Reid, Cassar, bil- Furjaniżi jiddependu mill-aħħar penalty biex jirbħu, li kien mogħti mill-goalkeeper Andrijanic li skorja u ħa l-iskwadra tiegħu fil-finali.