Lokali

Il-Bank of Valletta għandu jserraħ moħħ il-klijenti u azzjonisti tiegħu mill-iktar fis – PN

Wara l-aħbar tal-bieraħ li Steward iddakkjaraw falliment, infakkru kif is-sentenza tal-Qorti mogħtija dwar il-bejgħ frawdolenti ta’ tlett sptarijiet mill-Gvern Laburista tinvolvi lill-Bank of Valletta p.l.c. 

Huma mijiet ta’ eluf il-Maltin u Għawdxin li jafdaw flushom jew saħansitra investew fil-Bank of Valletta.

Skont is-sentenza tal-Qorti, l-Bank of Valletta sellef €35.9 miljun lil Steward.

Fl-interess ta’ dawn kollha kif ukoll tas-sistema finanzjarja Maltija, fid-dawl tal-iżviluppi mill-Istati Uniti, fejn il-kumpanija Steward iddikjarat ruħha bħala falluta, il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Bank of Valletta sabiex mill-iktar fis jiċċara l-pożizzjoni tiegħu wara dak li kienet stqarret il-Qort fis-sentenza tagħha.

L-istituzzjonijiet li għandhom id-dmir li jirregolaw l-istess Bank għandhom jassiguraw li jiġu osservati l-liġijiet f’dan ir-rigward.

Dan kollu ħareġ fi stqarrija mix-Shadow Ministers Adrian Delia, Graham Bencini u Jerome Caruana Cilia.