Lokali

Il-Fakultà għall-Benesseri Soċjali tikkundanna l-attakk fuq il-ġudikatura

Kundanna oħra għal Robert Abela, din id-darba kien imiss issa il-Fakultà għall-Benesseri Soċjali, fejn fi stqarrija sostnew li: Id-Dekan, Deputati Dekani u Kapijiet ta’ Dipartiment tal-Fakultà għall-Benessri Soċjali fl-Università ta’ Malta jinnotaw b’sogħba u tħassib dejjem akbar l-inkwiet li qed jiġi kkawżat minn insinwazzjonijiet fuq il-ġudikatura fir-rigward taż-żmien u l-kontenut tas-sejbiet tal-Inkjesta Vitals.

Din ir-retorika hija provokattiva b’mod perikoluż, li ddgħajjef il-fiduċja tal-pubbliku fil-ġudikatura u ċċaħħadha mis-serenità li biha trid titħalla twettaq il-ħidma tagħha. Nappellaw biex kulħadd jonqos minn din ir-retorika għall-ġid komuni immedjat u fit-tul.