Il-Kandidat Laburista Thomas Bajada, f’dibattitu li sar Illum fil-Campus tal-MCAST, reġa rrepeta r-retorika qarrieqa u perikoluża tal-Labour u bħal Abela infexx jattakka l-Ġudikatura u l-proċess ġudizzjarju tal-Kawża Vitlas.
Bajada sostna li l-Maġistrat kkofoffat kontra l-Partit Laburista bil-konklużjoni tal-inkjesta.
Filwaqt li għammetta li l-eżotu tal-inkjesta jinteressa l-poplu Malti u Għawdxi kollu, fl-istess waqt però qal li it-‘timing’ tal-inkjesta, skontu u skont il-Labour, kien politikament motivat. Retorika li qed juża l-Gvern ta’ Robert Abela biex jipprova jkisser il-kredibilità tal-Maġistrat u tal-Qrati tagħna.
Bajada baqa’ jirrepeti l-istess u jqajjem punti partiġġjani, bil-medjatur, il-ġurnalist tal-MaltaToday Matthew Vella, saħansitra interċetta u qal li l-istess jista’ jingħad għall-ħinijiet tal-maħfra presidenzjali li ngħatat lil dawk li gawdew mir-racket tal-benefiċċji soċjali.
Kien hemm ukoll il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Louise Anne Pulis, fejn staqsiet jekk iċ-ċekkijiet u l-każ tal-housing soċjali kienux ukoll politikalment motivati.
//= $special ?>