Lokali

Il-Kumitat tal-PN ta’ Ħaż-Żebbuġ jinawgura arblu ġdid

Ilbieraħ wara d-djalogu li sar f’Ħaż-Żebbuġ mill-Partit Nazzjonalista, il-Kumitat tal-PN tal-istess lokalità inawgura arblu ġdid fuq il-Każin fejn stiednu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech biex ikun proprju hu li jtella’ l-bandiera tal-PN.

Il-Kumitat, li jikkonsisti f’19-il membru, ilu għal dawn l-aħħar xhur jaħdem sabiex fl-aħħar irnexxielu jinawgura dan l-arblu li fih mal-45 pied f’tul u jiżen 275 kilogramma.

Mil-lum ‘il quddiem se jibda jkun hemm il-bandiera tal-Partit Nazzjonalista tperper fuq nett ta’ dan il-Każin.