Lokali Parlament

Il-Ministru tas-Saħħa jiddikjara li mhux informat u ma jafx x’qed jiġri dwar Steward li fallew


Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela iddikjara fil-parlament li quddiem il-falliment riċenti tal-kumpanija Steward hu ma jafx s’inhu jiġri fil-kuntest tal-isptarijiet Maltin u d-djun li ħalliet warajha Steward f’Malta għaliex hu mhuwiex persuna legali.


Din id-dikjarazzjoni l-Ministru tas-Saħħa għamilha llum fil-parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tad-deputati Nazzjonalisti Adrian Delia u Beppe Fenech Adami.


Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia staqsa x’passi ħa l-gvern Laburista fi Frar li għadda fil-konfront ta’ Steward, skont kif iddikjara l-Prim Ministru. Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li Steward iddikjaraw falliment u staqsa x’passi ħa l-gvern biex jissalvagwardja l-interessi tal-poplu Malti.


Il-Ministru tas-Saħħa wieġeb li hu mhuwiex persuna legali u jaf li Stewrad iddikjarat falliment. Hu sostna li mhux informat dwar il-passi li staqsa fuqhom id-Deputat Nazzjonalista Beppe Feech Adami.


F’mistqosija parlamentari oħra id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li jifhem id-diffikultà li l-Ministru tas-Saħħa jwieġeb għal għemil ta’ ħaddieħor u kien ikun iktar komdu kieku kien hemm ħaddieħor biex iwieġb għal għemilu iżda hemm ir-responsabbiltà kollettiva. Dak li l-kabinet jiddeċiedi jorbot lill-mmebri kollha.


Hu staqsa wkoll jekk il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela ingħatax handover mill-Ministru Chris Ferane u jekk kienx qallu bil-probemi li kien hemm. Hu staqsa wkoll x’passi ħa biex jassigrua li kull persuna li responabbli f’dan il-ftehim kien tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu.


Il-Ministru tas-Saħħa wieġeb li hu ingħata handover mill-Ministru tas-Saħħa preċedenti Chris Fearne u għalhekk jaf x’kien hemm u x’ma kienx hemm iżda l-handover m’għandhiex x’taqsam mal-mistoqsija ta’ qabel.


Wara li l-Ministru tas-Saħħa qal li ma kien jaf xejn dwar dawn il-passi, id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia irrimarka li jinsab ixxukkjat li l-Ministru tas-Saħħa ma jafx x’qed isir u spjega li Setward mhux kumpanija bħall-oħrajn għaliex fil-fatt iffrodaw lill-pajjiż. Adrian Delia staqsa x’se jagħmel il-gvern dwar l-fatt li Steward iridu jħallsu l-miljuni lill-VAT, lin-negozjati żgħar Maltin u lill-BOV.


Il-Ministru tas-Saħħa ma weġibx din il-mistoqsija.