Futbol Sport

‘Il-players urew grinta u determinazzjoni kbira’ – Andrew Cohen, kowċ ta’ Gżira United

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)
  • Andrew Cohen, kowċ Gżira Utd. FC

‘Kienet rebħa importanti għalina għax kienet partita deċiżiva. Ovvjament il-pressjoni kienet waħda kbira’. L-ewwel kliem li lissen il-kowċ ta’ Gżira United, Andrew Cohen, wara r-rebħa li l-Maroons kisbu kontra Floriana. ‘ Il-players reġgħu wrew il-grinta u d-determinazzjoni li dejjem rajt minnhom kemm ili fit-tmexxija ta’ din l-iskwadra. Konna minn fuq u Floriana kisbu l-gowl tad-draw, iżda fit-tieni taqsima konna dominanti u rnexxilna nirbħu l-logħba. L-avversarji tagħna Floriana huma tim iebes ħafna minkejja li serrħu wkoll xi pleyers, iżda l-iskwadra tagħhom tant hija twila li ma tantx tagħmel differenza’, temm jgħid Andrew Cohen.

‘Il-players qamu għall-okkażjoni’

  • Joe Grech, kowċ Mosta FC

‘Qabel din il-logħba bżajna xi ftit minħabba l-iskwadra. Mhux għax ma’ nemmnux fiha iżda minħabba li hija waħda żgħażugħa u mingħajr esperjenza.’ Hekk ikkumenta l-kowċ ta’ Mosta Joe Grech wara li t-tim tiegħu għeleb lil Naxxar u salva post fil-Kampjonat Premier. Grech kompla hekk. ‘Il-players tawna risposta fejn qamu għall-okkażjoni u obdew l-istruzzjonijiet kollha. Kienu dixxiplinati fejn taw il-mija fil-mija. Iddominajna l-logħba iżda domna xi ftit biex għalqniha.’

‘Ridna nikkonċentraw fuq il-logħba tagħna biss’

  • Oliver Spiteri, kowċ Balzan FC

‘Kellna logħba iebsa kontra Marsaxlokk li huwa tim validu ħafna u li spiċċa fir-raba’ post.’ L-ewwel kumment tal-kowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri wara r-rebħa li huma kisbu u li biha staġun ieħor ser jerġgħu jkunu fil-Kampjonat Premier. Spiteri kompla. ‘ L-għan tagħna kien li nikkonċentraw fuq il-logħba tagħna u hj hekk għamilna għax dak kien l-aktar importanti. Kienet logħba sabiħa fejn fit-tieni taqsima minkejja li qatt ma’ konna taħt pressjoni ddefendejna tajjeb biex ksibna dak li ridna.’

KLASSIFIKAPUNTI
Ħamrun Spartans ***62
Floriana **57
Sliema Wanderers50
Marsaxlokk43
Birkirkara36
Hibernians35
Naxxar Lions35
Balzan34
Gżira United33
Mosta31
Santa Lucia *30
Valletta *27
Sirens *16
Gudja United *6

*** Champions, *** Europa Conference League, * Relegati

L-AQWA SKORERGOWLS
Luke Montebello (Ħamrun Spartans)21
Kemar Reid (Floriana)13
Yuri Messias (Marsaxlokk)13
Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans)11
Andrei Ciolacu (Birkirkara)10
Pablo Servo de Carvalho (Naxxar Lions)10
Sunday Akinbule (Marsaxlokk)9
Jurgen Degabriele (Hibernians)8
Willis Furtado (Floriana)8
Gabriel Mehtz Bohrer (Gżira United)8

LOGĦOB LI JMISS

It-Tlieta 7 ta’ Mejju, 2024

Stadium Nazzjonali – S/F Izibet FA Trophy

7.00pm            Gżira Utd. vs Floriana

L-Erbgħa 8 Mejju, 2024

Stadium Nazzjonali – S/F Izibet FA Trophy

7.00pm            Sliema W. vs B’Kara

Il-Ħadd 12 ta’ Mejju, 2024

Stadium Nazzjonali

4.00pm            Finali Izibet FA Trophy

NAZZJON TIM TAL-ĠIMGĦA

Goalkeeper: Danilo Golovic (Balzan)

Difensuri: Gabriel Bohrer Metz (Gżira United), Alcino Gustavo (Sliema W.), Marcelo Dias (Gżira United)

Midfielders: Sean Dimech (Valletta), Steve Pisani (Santa Lucia), Thaylor Aldama (Gżira United), Jonny (Ħamrun S.)

Attakkanti: Zachary Brincat (Mosta), Daniil Kondrakov (Sliema W.), Yuri Messias (M’xlokk)