Lokali

Jaħrab mill-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Raġel mgħammad u allegatament armat b’sikkina, daħal f’ħanut tal-logħob f’San Pawl il-Baħar u talab il-flus lill-impjegat.

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-13:30, meta l-allegat ħalliel daħal fil-ħanut li jinsab fi Triq il-Mosta, u talab il-flus lill-impjegat, Albaniż ta’ 36 sena.

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-allegat ħalliel li ħarab mil-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Fortunatament l-impjegat ma ġarabx ġrieħi.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.