Lokali

“Jinsabu mingħajr dinjità” – Pazjenti mqiegħda fuq siġġijiet bi bramel taħthom

Sitwazzjoni li ħadet għal kollox id-dinjità tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei. Informazzjoni li wasslet għand Net News tikkonferma li l-pazjenti fl-Isptar Mater Dei qed jiġu mqiegħda fuq siġġijiet bi bramel taħthom.

Kif jixhed ir-ritratt, issa lanqas biss għad hemm post għall-pazjenti fuq l-istretchers f’nofs il-kurituri tant li spiċċaw fuq is-siġġijiet. Aħseb u ara kemm hemm sodod vojta fis-swali.

Bil-pazjenti mhux talli spiċċaw fuq is-siġġijiet iżda saħansitra qed jingħataw il-bramel biex jitfawhom taħthom. U jużawhom biex jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom.

Fl-aħħar snin rajna s-settur tas-saħħa f’abbandun assolut wara li l-Gvern Laburista nefaq il-miljuni ta’ ewro fuq il-barranin. Bil-poplu Malti u Għawdxi li spiċċa jbati għan-nuqqasijiet ta’ dan il-Gvern.