Lokali

AĠĠORNATA (1): Żagħżugħ ta’ 16-il sena jweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Mosta

Żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti n-Naxxar, weġġà’ gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq Indri Bezzina, il-Mosta.

L-inċident seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tal-3:15.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar ukoll.

Fil-post issejħet ambulanza sabiex tassisti l-vittma u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.