Lokali Parlament

L-attakki fuq il-ġudikatura mhumiex jagħmlu ġid lill-pajjiż


Ivan J.Bartolo, PN


Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal fil-parlament li s-sitwazzjoni politika preżenti, li fiha l-Prim Ministru qed jattakka lill-ġudikatura, mhijiex tagħmel ġid għall-investiment fil-pajjiż.


Ivan J. Bartolo qal li fil-parlament illum inutli d-deputati jtikellmu fil-parlament għaliex hu ilu sentejn jitkellem fuq ir-rikonċiljazzjoni u li ssir ħidma flimkien iżda ma sar xejn.


Hu sostna li l-pajjiż għandu konsenturi fil-pedament għaliex l-attitudni hi waħda ħażina. Il-ġudikatura ma tistax tibqa’ tkun attakkata, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li ħadd mhu jieħu pjaċir b’dak li qed isir fil-pajjiż.


Ħadd mhu se jħares lejn Malta għall-investiment fis-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż bħalissa, sostna d-deputat Nazzjonalista. Hu qal li fis-settur tas-saħħa, ir-responsabbiltà hi tal-Ministru tas-Saħħa u sostna li l-Prim Ministru għandu bżonn jitgħallem li jekk se jfalli allura aħjar ifalli malajr.

Għalhekk il-Prim Ministru għandu jippubblika l-inkjesta Vitals biex kulħadd ikun jista’ jitkellem fuq il-fatti. Din is-sitwazzjoni mhijiex tagħti fiduċja fil-pajjiż, sostna d-deputat Nazjzonalista, li kkundanna lil min irid joħroġ in-neis fit-toroq. Din hi kummiedja sħiħa!


Ivan J.Bartolo qal li l-Prim Ministru jrid jitgħallem li meta jittrateni jkun qed jonfoq ħafna iktar flus.