Lokali

L-għajnuna n-nies għandhom bżonnha dejjem u mhux biss lejlet xi elezzjoni – PN

Wara li l-Gvern frodak €400,000,000 fuq l-isptarijiet, jiġifieri kull persuna ġiet misruqa iktar min elf ewro fid-deal tal-isptarijiet, issa Robert Abela qed jiftaħar li qed itik lura €60 u jippretendi li minfuq tgħidlu “Grazzi Ministru”.

Il-kriżijiet li ħoloq il-Gvern Laburista stess wasslu biex ħafna nies għandhom bżonn l-għajnuna mhux biss issa lejlet elezzjoni imma dejjem. Robert Abela jekk irid verament jgħin lin-nies għandu jassigura għajnuna sinċiera u dejjiema u mhux qabel l-elezzjoni. 

L-għajnuna n-nies għandhom bżonnha dejjem u mhux biss lejlet xi elezzjoni