Lokali

Raġel arrestat b’rabta ma’ serqiet minn residenzi fl-Imsida u l-Gżira

Persuna li allegatament kienet involuta f’sensiela ta’ serqiet u attentati ta’ serq minn
appartamenti fl-akwati tal-Gżira u l-Imsida, ġiet arrestata.


Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni, hekk kif mill-investigazzjonijiet li saru ġiet
identifikata l-allegat persuna involuta, il-Ħadd li għadda l-Pulizija wettqet operazzjoni ta’
sorveljanza fl-akwati tal-Imsida.


Din is-sorveljanza ħalliet il-frott hekk kif innutaw persuna maskili, liebes ilbies iswed, li kien qed
jaqbeż fuq xi bjut. Il-Pulizija mill-ewwel identifikat lil din l-istess persuna bħala dak imfittex u
li kien qed jidħol fir-residenzi billi jaqbeż minn fuq il-bjut u jixxabbat fil-gallariji.


Minnufih, fl-akwati bdiet tfittxija intensiva, inkluż f’residenzi u eventalwalment ir-raġel,
identifikata bħala Sirjan ta’ 26 sena, ġie arrestat fi Triq C De Brocktorff, hekk kif kien ħiereġ
minn residenza.


Mill-investigazzjonijiet illi saru jirriżulta li l-ewwel rapporti ta’ serq bdew mill-bidu ta’ April ta’
din is-sena, bir-raġel jiġi arrestat hekk kif allegatament kien qed iwettaq serqa oħra.


Huwa mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija
għadhom għaddejjin.