Lokali

“Se jmorru lura d-dar bil-kwiet”

Robert Abela qal li Joseph Muscat u persuni oħra li ħarġu l-akkużi kriminali kontrihom b’rabta mal-Inkjesta Vitals mhux se jitressqu l-Qorti bil-manetti imma b’sempliċiment ċitazzjoni.

Lill-ġurnalisti quddiem il-Parlamenti Robert Abela qalilhom ukoll li l-persuni msemmija fl-akkużi kriminali se jmorru lura d-dar bil-kwiet wara li dawn jitressqu l-Qorti u ta x’jifhem ukoll li dawn mhux se jkunu qed jitressqu Kordin.

Aktar kmieni llum Joseph Muscat stess ikkonferma dak li kien żvela Net News, meta fuq il-media soċjali kiteb li l-awtoritajiet akkużawh b’korruzzjoni, ħasil tal-flus u li waqqaf organizzazjoni kriminali.