Lokali

Vendikazzjoni politika? Bedingfield jgħid li “għandna dritt”

Qed tikber il-pressjoni fuq il-Grupp Parlamentari Laburista; b’nofshom jiddefendu l-attakk fuq il-ġustizzja, u nofshom jaħarbu.

Dan wara li fl-aħħar jiem Muscat u Abela ddeskrivew l-Inkjesta Vitals bħala “vendikazzjoni politika”. B’uħud mill-membri tal-Gvern ikomplu jużaw din l-istess retorika – tant li Glenn Bedingfield meta mostoqsi jekk din id-dikjarazzjoni hix attakk fuq il-ġustizzja qal li “għandhom dritt” jużaw dan id-diskors.

Barra l-Parlament, ħafna membri tal-Kabinett lanqas biss riedu jiċċappsu ma’ din il-kontroversja; filwaqt li oħrajn qalu li l-Gvern tagħhom mhux fi kriżi.