Il-Fondazzjoni HSBC Malta hija waħda mill-isponsors ewlenin li qed jappoġġjaw l-esebizzjoni ta’ wirt storiku, bl-isem ta’ ‘Curious Beauty: An Alternative Costume Exhibition’. Din il-preżentazzjoni qed tkun ospitata mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti fil-binja storika ta’ Palazzo Falson. Il-wirja, li fetħet nhar l-14 ta’ April, u se tibqa’ għaddejja sa nhar is-16 ta’ Ġunju li ġej, tesebixxi kollezzjoni notevoli ta’ kostumi u aċċessorji storiċi ppreżentati permezz ta’ installazzjonijiet tal-arti kontemporanja.
Din il-wirja hi taħt id-direzzjoni artistika ta’ Caroline Tonna u Francesca Balzan, u tipprovdi veduta unika tal-wirt kulturali għani ta’ Malta fi ħdan il-binja medjevali ta’ Palazzo Falson. Din l-attività hija parti mill-impenn kontinwu ta’ HSBC li jappoġġja l-arti u l-kultura f’pajjiżna, li jżewwaq l-impenn tal-komunitá mal-istorja u l-wirt artistiku tagħha.
Dawk kollha li jiġu sabiex jaraw din il-wirja, jistgħu jgawdu minn firxa ta’ avvenimenti, fosthom tours esklussivi, workshops għat-tfal, u tours prosecco mid-diretturi artistiċi. Dawn l-avvenimenti huma mfassla biex japprofondixxu l-apprezzament tal-esibiti u joffru esperjenzi interattivi għall- persuni ta’ kull età.
Dawk kollha interessati biex jiksbu aktar informazzjoni dwar il-biljetti u l-iskeda tal-avvenimenti, jistgħu jiksbu d-dettalji kollha minn Palazzo Falson. Il-ħinijiet tal-ftuħ qed ikunu estiżi biex jakkomodaw lil dawk kollha interessati. Għal avvenimenti speċifiċi, hu essenzjali li wieħed jibbukkja minn qabel.
//= $special ?>