Lokali

Zoni varji ta’ Malta mill-ġdid bla dawl

Diversi zoni tal-pajjiż jinsabu mill-ġdid bla dawl. Dan wara li ġie rappurtat qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’Birkirkara l-Iklin u anke f’San Ġwann. Il-qtugħ tad-dawl jidher li seħħ f’partijiet ta’ dawn il-lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta.

S’issa għadu mhux ċar minn fejn irriżulta dan il-qtugħ tad-dawl, u jekk kienx riżultat ta’ ħsarat.

Meta din il-ġimgħa Miriam Dalli ġiet mistoqsija minn Net News jekk tiggarantix li fis-sajf hux se jinqata’ d-dawl, il-Ministru ma tatx assigurazzjoni.