Lokali

AĠĠORNATA: Imut l-anzjan li waqa’ minn fuq sellum

Ritratt: Martin Agius

Fl-aħħar sigħat daħlet l-aħbar li l-anzjan li lbieraħ waqa’ minn fuq sellum miet fl-Isptar Mater Dei.

Ilbieraħ għall-ħabta tal-4:30 pm waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza privata li tinsab fi Triq L-Awwista, ix-Xemxija.

Mill-istħarriġ li sar irriżulta li raġel, li għandu 76 sena u joqgħod San Pawl il-Baħar, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura iżda sfortunatament l-isforzi tagħhom kienu kollha għalxejn.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.