Żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti n-Naxxar, weġġà’ gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq Indri Bezzina, il-Mosta.
L-inċident seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tal-3:15.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar ukoll.
Fil-post issejħet ambulanza sabiex tassisti l-vittma u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>