Futbol Sport

Doppjetta ta’ Joselu tpoġġi lil Real Madrid fil-finali tal-UEFA Champions league

(Ritratt: EPA)

Doppjetta ta’ Joselu poġġiet lil Real Madrid fil-finali tal-UEFA Champions League wara li għelbu lil Bayern Munich 2-1 u 4-3 bl-aggregate.

Kienu Bayern li marru fil-vantaġġ fit-68 minuta b’xutt mill-isbaħ ta’ Alfonso Davies. Real Madrid rrispondew b’żewġ gowls lejn it-tmiem l-ewwel fejn Joselu l-ewwel approfitta minn żball ta’ Manuel Neuer fit-88 minuta, mbagħad l-istess plejer kkonluda fuq cross ta’ Antonio Rudiger fil-91 minuta.

Fil-finali, Real Madrid se jkunu qed jilagħbu f’Wembley Stadium kontra Borussia Dortmund.