Lokali

Fearne u Scicluna jkomplu jħammġu isem Malta fil-ġurnali internazzjonali

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna kif ukoll iD-deputat Prim Ministru Chris Fearne qed jiffaċċjaw akkużi kriminali f’kawża kriminali li dejjem qed tkompli tikber, bil-Parlamenti kollu appik li jieħu theżżiża.

Hekk irrapporta l-ġurnal internazzjonali ‘Politico’ li spjega kif l-investigazzjoni dwar l-allegatament korruzzjoni li saret waqt it-tmexxija tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, issa laħqet il-qofol tagħha.

‘Politico’ rrapporta wkoll kif Edward Scicluna ġa qed jiffaċċja talbiet biex jirriżenja mir-rwol tiegħu bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Il-ġurnal isemmi wkoll kif l-allegazzjonijiet dwar il-qbil bejn Vitals u l-Gvern kienu l-ewwel żvelati mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li kienet assasinata fl-2017.

Dan il-ġurnal għamel referenza mill-ġdid għall-akkużi li qed jiffaċċja Joseph Muscat, liema akkużi kienu wkoll rappurtati mill-ġurnal ‘Politico’ lbieraħ stess.

Il-ġurnal jinnota wkoll kif Edward Scicluna kien Ministru tal-Finanzi fi żmien meta sar id-deal bejn Vitals u l-Gvern, mentri Fearne li huwa magħżul mill-Gvern biex jiġi nnominat bħala l-Kummissarju Ewropew, kien Ministru tas-Saħħa fl-2016.