Lokali Parlament

Il-PN se jwettaq diżubbidjenza parlamentari


Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch iddikjara fil-Parlament li quddiem is-sitwazzjoni politika preżenti u quddiem il-fatt li l-Oppożizzjoni qed tiġi rifjuata li tiddiskuti fil-Parlament suġġetti ta’ natura urġenti, l-Oppożizzjoni se tibda’ diżubbidjenza parlamentari.

Din id-dikjarazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni għamilha wara li għal darb’oħra kienet rifjutata diskussjoni urġenti dwar il-fatt li minkejja l-akkużi maħruġa, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għadu fil-kariga.

Fil-bidu tas-seduta, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech resssaq mozzjoni fil-Parlament biex dan ikun sospiż u jiddiksuti b’urġenza l-fatt li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jinsab akkużat bi frodi iżda għadu ma rriżenjax u għadu jokkupa l-kariga kif għadu l-Prim Ministru.

Fil-bidu tas-seduta tal-lejla, il-Kap tal-Opożizzjoni ressaq mozzjoni biex il-Parlament jaġġorna u jiddiskuti din is-sitwazzjoni gravi. Il-Prim Ministru Robert Abela oġġezzjona għat-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch qal li din il-mozzjoni resssaqha biex il-Kamra taġġorna u tiddiskuti n-nuqqas ta’ riżenja jew tkeċċija ta’ Chris Fearne minn Deputat Prim Ministru wara li lbieraħ, fil-Qori tal-Maġistrati jinsab akkużat li kkommetta frodi f’ċirkostanzi li huma għad-detriment tal-gvern ta’ Malta jew entitajiet governattivi u persuni oħra.

S’issa Chris Fearne għadu Deputat Prim Ministru u l-Prim Ministru għadu jżommu fl-istess kariga minkejja dawn l-akkużi gravi u bla preċedent u li f’kull pajjiż demokratiku jwasslu għal riżenji u tkeċċijiet immedjati.
Din hi kwistjoni urġenti għaliex il-poplu għandu dritt li ma jkollux persuni akkużi b’reati kriminali serji u li jibqgħu jokkupaw il-kariga ta’ ministri.

F’dan il-każ, id-Deputat Prim Ministru għandu kull dritt jiddefendi lilu nnifsu minn dawn l-akkużi iżda m’għandux dritt li jekk irid jaħdem fl-interess nazzjonali u favur Malta, jibqa’ Deputat Prim Ministru u ministru waqt li hemm akkużi tant serji fuqu.

Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb li l-prerogattiva jekk Chris Fearne jibqax Deputat Prim Ministru mhijiex tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Hu semma r-ruling ta’ nhar it-Tnejn li għadda u qal li għall-istess raġunijiet, din t-talba għandha tkun miċħuda. Robert Abela qal li jifhem li l-pajjiż jinsab 30 ġurnata ‘l bogħod mill-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-Parlament Ewropew, u ddikjara li hu għandu fiduċja assoluta fi Chris Fearne għaliex Chris Fearne kien l-ispalla u l-id il-leminja tiegħu waqt il-pandemija tal-COVID.

Il-Prim Ministru qal li Inkjesta Maġisterjali ma tistabbilixxi ebda ħtija fuq ħadd u żied li din l-Inkjesta lanqas tat l-opportunità lil diversi persuni li jinstemgħu.

Hu qal li m’hawnx sitwazzjoni li l-inkjesta qed tgħid li Chris Fearne wettaq xi reat. Il-fatt li l-inkejsta ordnat li jittieħdu proċeduri kontra xi persuni ma jfisser xejn, sostna Robert Abela. L-inkjesta għandha tkun pubblikata, sostna l-Prim Ministru, li kompla li jekk l-inkjesta tgħid li kien hemm xi ħadd li għamel reati kriminali, id-diskors ikun mod ieħor. Jekk isem Chris Fearne ifeġġ fl-akkużi iżda ma jfeġġ fl-ebda nuqqas, Chris Fearne se jibqa’ Deputat Prim Ministru u hu bħala Prim Ministru se jibqa’ jiddefendih. Hu qal li jinsab inkwetat kif f’Jannar li għadda, meta tħabbar li Chris Fearne se jkun nominat Kummissarju għall-UE, il-PN ħareġ kontrih.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni irribatta li l-Prim Ministru nqabad u qed iddawwar id-diskors u qed jikkonferma li għandu l-inkjesta f’idejh u qraha. Il-Prim Ministru jaf eżatt x’fiha l-inkjesta u nqabad jigdeb fil-Parlament meta qal li m’għandux kopja f’idejh. Is-Sedja għandha tieħu l-passi meta deputat jigdeb sfaċċatament lill-Parlament u lill-poplu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-Eks Minisru tas-Saħħa Godfrey Farrugia tneħħa fuq sempliċiment tinda, iżda issa hawn frodi tal-poplu u tal-isptraijiet ta’ €400 miljun u inkejsta bl-akkużi maħruġa u l-Prim Ministru ma jiħux passi.

Hu qal li l-Prim Ministru jrid jifhem li f’pajjiż demokratiku hawn is-separazzjoni tal-poteri u li l-Prim Ministru mhuwiex il-Qorti, iżda jattakka lill-Qrati u l-media. Illum anki l-President ta’ Malta qaltlu biex ma jibqax jattaka l-Qrati tal-pajjiż. Il-Prim Ministru għadu ma ndunax il-gravità tas-sitwazzjoni u qed jagħżel lilu nnifsu mill-pajjiż, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Prim Ministru wieġeb li l-Qorti għamlet il-konklużjoni tagħha u hu se jieħu d-deċiżjoni poltika tiegħu.

Bernard Grech fakkar li s-sena li għaddiet kien hemm kawża fl-appell li tat l-isptarijiet lura lill-poplu Malti.

Is-seduta kienet sospiża sakemm l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta r-ruling li fih iddikjara li t-talba biex id-Deputat Prim Ministru jirriżenja għandha bżonn mozzjoni speċifikata u mhux mozzjoni kif tressqet għaliex tkun teħtieġ vot. Is-Sedja qalet li taqbel mat-tħassib li wera Bernard Gerch iżda hi marbuta mal-regoli tal-Parlament u għalhekk ma laqgħetx it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni.


Il-Kap tal-Oppożizjzoni qal li jidher li l-Parlament qed jiġi mċaħħad milli jiddiskuti r-realtà li għaddej minnha l-pajjiż illum. Fil-pajjiż hawn kulħadd preokkupat minn dak li hu għaddej – kif inhu l-Ispeaker – li għandu mezz kif iħalli d-diskussjoni ssir fil-Parlament li fih hemm ir-rappreżentanti tal-poplu. Għalhekk jeżistu r-regoli; biex issir id-diskussjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-pajjiż għandu gvern, Deputat Prim Ministru, Prim Ministru u Avukat Ġenerali li jinsabu kollha out of order.


Bernard Gerch qal li ma jistax li ikun li l-Oppożizzjoni biss tkun marbuta bir-regoli parlamentari u għalhekk l-Oppożizzjoni se twettaq diżubbidjenza parlamentari għax ma tistax taċċetta li tikkollabora ma’ gvern li qed jiffroda lill-poplu Malti u serqu.