Futbol Sport

Fiorentina fil-finali tal-UEFA Conference League għat-tieni staġun konsekuttiv

(Ritratt: EPA)

Fiorentina se jkunu qed jilagħbu fil-finali tal-UEFA Conference League għat-tieni staġun konsekuttiv wara li ġew draw ta’ 1-1 kontra Club Brugge u kwalifikaw b’aggregate ta’ 4-3.

Kienu Brugge li fetħu l-iskor fl-20 minuta permezz ta’ Hans Vanaken. Fiorentina rrispondew u ġabu l-iskor indaqs fil-85 minuta permezz ta’ penalty ta’ Lucas Beltran, liema penalty fisser ukoll kwalifikazzjoni għall-finali għall-Viola.