Lokali

“Is-saħta lill-Maltin; povri morda” – rabja kbira wara li ġie żvelat li l-pazjenti qed jispiċċaw rikoverati fuq is-siġġijiet

Meqjusa bħala sitwazzjoni tal-mistħija dak li żvela Net News dwar dak li l-pazjenti qed jgħaddu minnu meta jiġu rikoverati fuq is-siġġijiet bil-bramel taħthom biex jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom bihom.

F’kelma oħra, dawn il-pazjenti spiċċaw f’nofs ta’ kuritur mingħajr sodda, bid-dinjità tagħhom meħuda kompletament.

Diversi persuni kkritikaw din is-sitwazzjoni li l-Gvern Laburista tefa’ lis-settur tas-saħħa matul dawn l-aħħar snin ta’ tmexxija.

“Ma jafux x’inhuma jagħmlu.”
“Povri morda.”
“Agħar minn pajjiż tat-tielet dinja.”

Persuna tirrakkonta l-istorja ta’ oħtha li jiem ilu kisret idha u kellha ddum tmien sigħat fl-emerġenza muġugħa sakemm ġiet trattata, għaliex id-domanda fl-Isptar Mater Dei mhix qed tlaħħaq.

Din hi sitwazzjoni tal-biki meta tikkunsidra li l-Gvern Laburista, minflok għażel li jinvesti fis-saħħa tan-nies, għażel li jberbaq il-miljuni ta’ ewro fuq il-barranin.