Lokali

Kandidat tal-Labour irid tmexxija ġdida fil-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar li huwa mmexxi mill-PL

Is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista Marc Vella Bonnici jidher li mhux kuntent bis-Sindku Laburista ta’ Ħaż-Żabbar, Jorge Grech.

Dan hekk kif l-istess Vella Bonnici jidher li jrid jaqlibha lill-istess Grech fl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju li ġej.

Vella Bonnici, li huwa midħla sew taċ-ċirku ta’ Robert Abela, xeħet il-kandidatura għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fuq Ħaż-Żabbar biex jilħaq Sindku hu.

Tant hu hekk li f’messaġġ u botta ċara u tonda fuq il-midja soċjali, Marc Vella Bonnici ħeġġeġ liż-Żabbarin biex jagħżlu tmexxija ġdida għal 5 snin li ġejjin.

Huwa saħaq li ma tistax ma tmurx tivvota imbagħad tippretendi soluzzjoni – u appella liż-Żabbarin biex ikollhom l-aħjar tmexxija – tmexxija li hu jridha ssir waħda ġdida u li jemmen li kapaċi jsir ħafna aktar.