Internazzjonali

L-Ungerija: Kundannata l-istedina lil eks President Iranjan ‘b’mibgħeda speċjali għal Iżrael’

L-Ambaxxata Iżraeljana f’Budapest ikkundannat id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ungeriżi biex jistiednu eks President tal-Iran biex jagħmel xi diskorsi f’università fil-kapitali.

L-eks President Mahmoud Ahmadinejad, fiż-żmien kollu li kien ilu jmexxi lill-Iran, ċaħad dejjem għall-eżistenza tal-Olokawst  — f’dan il-każ il-programmi sistematiċi tan-Nażisti għall-qerda tal-Lhud fl-Ewropa matul it-Tieni Gwerra.

U l-komunità tal-Lhud fl-Ungerija wkoll esprimiet diżappunt għall-istedina li saret ‘lil fanatiku li qatt ma ħeba l-ostilità tiegħu għal Iżrael’

Id-diskorsi ta’ Ahmadinejad qed isiru fl-Università Nazzjonali għas-Servizz Pubbliku fuq  l-istedina tad-dekan – u bil-media Iranjana ssostni li d-diskorsi inkwistjoni qed jibbażaw fuq ‘il-valuri komuni f’ambjent globali’.