Lokali

Oasis Garden fiċ-ċentru ta’ Tignè Shopping Mall

Kumpless ta’ stabbilimenti ewlieni f’Tas-Sliema awgura Oasis Garden bil-għan li wieħed isib rilassament u kenn f’dan il-ġnien botaniku.

Dan il-ġnien li fih madwar 1,500 pjanta f’zona ta’ 200 metru kwadru li joffri għanja ta’ kuluri, fetaħ il-bibien tiegħu f’April li għadda u huwa xhieda tal-impenn li għandu l-kumpless Tignè sabiex jagħti lura lill-komunità.

Fost is-siġar li hemm f’dan il-ġnien vibranti huma s-siġar taż-żebbuġ u ċ-ċirasa flimkien ma’ numru ta’ arbuxelli, bougainvillea u petunias. Bl-għan ewlieni ta’ dan il-ġnien huwa li jipprovdi ċans lill-pubbliku sabiex jirrilassa u jieħu l-ħin sabiex jingħaqad miegħu nnifsu.

Il-ġnien Oasis f’Tignè, sar b’kollaborazzjoni mar-Richmond Foundation sabiex jibdew isiru sessjonijiet riflessivi kemm fi grupp kif ukoll personali, sessjonijiet iggwidati ta’ mindfulness u rilassament.

Wieħed jista’ jara l-kalendarju tal-attivitajiet hawn: ☀️🧘‍♀️Visit and enjoy our Urban Oasis in the piazza! 🌺🌿 – The Point (thepointmalta.com)