Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola tiltaqa’ mal-eks kanċillier Angela Merkel f’Berlin

Il-President tal-Parlament Ewropew u kandidata f’isem il-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola, iltaqgħet mal-eks kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, fil-binja tal-Bundestag, il-Parlament Ġermaniż f’Berlin, il-Ġermanja. Roberta Metsola tinsab fuq żjara fil-Ġermanja, hekk kif fid-9 ta’ Mejju jiġi ċċelebrat Jum l-Ewropa.

Roberta Metsola qalet li Angela Merkel hija mexxejja li ma beżgħet qatt milli tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

“Int figura ta’ tama li ispirajt tant nisa, simbolu ta’ saħħa, ħabiba speċjali tal-poplu ta’ Malta u Għawdex, li dejjem kont hemm biex tipproteġi l-valuri tagħna,” qalet il-President Metsola waqt li rringrazzjat lil Merkel.