Futbol Sport

Sliema jirbħu fil-ħin barrani, id-Derby l-antik fil-finali tal-FA Trophy

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Birkirkara…………………0

Sliema W………………….1

Birkirkara: M. Zapytowski, E. Pepe, P. Mbong (K. Fenech 105′), K. Zammit, A. Satariano (N. Cross 118′), E. Pena Beltre (N. Agius 118′), N. Micallef (A. Zammit 105′), A. Coppola, E. Sarpong, S. Zibo, M. Maia (A. Ciolacu 82′)

Sliema Wanderers: R. Al Tumi, J. Borg, J. Minala, V. Plut (D. Kondrakov 84′), S. Gomes (M. Awad 76′), M. Beerman, J. Arthur (N. Frendo 90′), G. Alcino, D. Kouao, M. Freire, G. Acheampong (E. Agius 102′)

Referee: Ishmael Barbara

Sliema Wanderers se jkunu qed jilagħbu kontra Floriana nhar il-Ħadd li ġej fil-finali tal-FA Trophy wara li għelbu lil Birkirkara 1-0 b’penalty ta’ Joseph Minali fil-ħin barrani.

Il-finali se tkun kumbattuta bejn l-aktar żewġ timijiet ta’ suċċess f’pajjiżna, Floriana se jkunu qed ifitxxu li jirbħu dan l-unur għat-22 darba fl-istorja tagħhom filwaqt li għal Sliema jekk jirbħu nhar il-Ħadd din tkun il-21 darba li rebħu l-FA Trophy.

Bil-partita tintemm fi draw ta’ 0-0 sad-90, il-konfront kellu jmur għall-ħin barrani u kien fil-116 li Sliema skorjaw dak li kien il-gowl tar-rebħa. Kien is-sostitut Daniil Kondrakov li twaqqa fil-kaxxa bir-referee Ishmael Barbara jordna penalty. Inkariga ruħu Joseph Minala li ma żbaljax.

Sliema temmew il-konfront b’għaxar plejers meta lejn tmiem il-partita tkeċċa Edmond Agius.

Dan ir-riżultat fisser ukoll li fl-istaġun li ġej Marsaxlokk se jkunu qed jikkompetu fil-UEFA Conference League.