Lokali

INKJESTA VITALS: Il-Korpi Kostitwiti jitolbu laqgħa urġenti mal-MCESD

Għandna tħassib serju dwar il-kummenti li qed jagħmel il-Prim Ministru Robert Abela u dwar l-effetti li dawn il-kummenti ser iħallu.

Hekk saħqet l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, fi stqarrija konġunta mal-Kamra tal-Kummerċ, u l-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji fejn spjegat kif l-attakki li qed isiru fuq is-sistema tal-ġustizzja qed jolqtu l-qalba tad-demokrazija kif ukoll il-prinċipji bażiċi tal-governanza u għalhekk talbet għal-laqgħa urġenti mal-MCESD.

Fi stqarrija komplew jgħidu kif dawn il-kummenti qed jpoġġu riskju kbir fuq l-istabiltà ekonomiku ta’ pajjiżna u fuq kollox jistgħu jħammġu l-isem ta’ pajjiżna.

Il-Korpi Kostitwiti għamlu referenza wkoll għal meta Abela irrefera għall-individwi, organizzazjonijiet, instituzzjonijiet bħala ‘the establishment” jew inkela bħala l-għadu tal-Istat, u saħqu li dawn itelfu l-għan tal-ġudikatura.

Fid-dawl ta’ dan kollu kompliet tgħid l-istqarrija, hemm ħtieġa biex il-pubbliku jikseb fiduċja fis-sistema tal-ġustizzja u niżguraw li min hu innoċenti jkun liberat u min hu ħati jinżamm responsabbli.