Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Xahar eżatt mill-elezzjoni tal-MEPs

Ninsabu eżatt xahar bogħod mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, hekk kif pajjiżna jrid jeleġġi sitt siġġijiet. Biex jitfakkar li ninsabu eqreb lejn dawn l-elezzjonijiet, mil-lejla ġie illuminat is-sur tal-Forti Sant Anġlu fil-Birgu.

L-elezzjoni se ssir fit-8 ta’ Ġunju li ġej. Għalkemm ġimgħa qabel, hemm l-early voting li se jsir fl-1 ta’ Ġunju.

L-illuminazzjoni tal-Forti Sant Anġlu ġiet koordinata mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.