Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara inċident bejn żewġ vetturi, fin-Nadur, Għawdex.
Kelliem tal-Pulizija spjega lil Net News li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:50pm, fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur Għawdex. F’dan l-inċident kienu involuti żewġ karozzi, Hyundai Getz misjuqa minn mara ta’ 67 sena residenti n-Nadur stess, u Suzuki SJ misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti wkoll in-Nadur.
Skont il-kelliem tal-Pulizija, ma jirriżultax li l-ġrieħi li sofrew dawn il-persuni huma gravi minkejja li ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan filwaqt li l-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.
It-triq kienet magħluqa għal xi ħin, iżda issa reġgħet miftuħa għat-traffiku.
//= $special ?>