Internazzjonali

Żvezja: Suċċess parzjali għall-Goth Irlandiża li saret l-attrezzjoni prinċipali tal-Eurovision

Il-kantanta Irlandiża Bambie (Ray Robinson) Thug ikkwalifikat għall-finali tal-konkors tal-kanzunetta tal-Eurovision biex b’hekk kisret ‘is-saħta’ tal-Irlanda li kienet ilha mill-2018  ma tikkwalifika għall-aħħar fażi ta’ dan il-konkors popolari.

Din il-kantanta hi fost l-aktar personalitajiet estroverti u spettakulari minn fost il-kantanti li qed jieħdu sehem fil-Eurovision li qed isir f’Malmo, fl-Iżvezja — u fejn hi qed tassumi d-dehra ta’ ‘goth gremlin witch’ li diġà saħħret lill-udjenzi madwar l-Ewropa,

Il-kanzunetta tagħha Doomsday Blue,  fuq stil electro-metal, hi fost il-favoriti għar-rebħ fil-finali —  bir-rappreżentanti Baby Lasagna tal-Kroazja u Windows95Man tal-Finlandja wkoll jgħaddu għall-finali…Konferma li għandha  tiżdied id-doża tal-eċċentriċità fuq il-palk tal-Malmo Arena waqt il-finali tas-Sibt.+

Madankollu, il-fanatiċi tal-Eurovision fl-Awstralja huma ferm diżappuntati bl-eliminazzjoni tad-duo tal-mużika elettronika Electric Fields… Eliminati wkoll mill-finali hemm anki r-rappreżentanti tal-Moldova u l-Iżlanda.