Lokali

200 akkademiku jikkundannaw l-attakki tal-Gvern fuq il-ġudikatura

“Il-verità toħroġ biss jekk l-istituzzjonijiet jaħdmu mingħajr biża'”

“Il-verità toħroġ biss jekk l-istituzzjonijiet, inkluż il-ġudikatura, jaħdmu mingħajr intimidazzjoni. “

Sostnew dan tal-inqas 200 akkademiku li ffirmaw dikjarazzjoni biex jiddefendu l-indipendenza tal-ġudikatura f’Malta.

Huma saħqu li jinsabu ferm inkwetati bl-aħħar attakki li għaddejjin fuq il-ġudikatura f’pajjiżna, partikolarment intiża fuq il-Maġistrat Gabriella Vella purament għaliex mexxiet Inkjesta Maġisterjali sensittiva li qajmet interess nazzjonali.

Huma sostnew li tali attakki jimmina l-indipendenza tal-istituzzjoni filwaqt li insistew li ġudikatura imparzjali hija essenzjali għal demokrazija f’saħħitha… bil-għan li ssir ġustizzja mingħajr biża’ jew favur.

L-akkademiċi kkundannaw b’saħħa kull attentat biex jiġu imminati l-istituzzjonijiet li qed jissalvagwardjaw ir-rule of law.

Huma saħqu dwar l-importanza tal-kontabbiltà u t-trasparenza… u mhux l-interessi partiġjani.