Futbol Sport

Conference League: Olympiacos fl-ewwel finali Ewropea fl-istorja b’rebħa kbira fuq Aston Villa fuq żewġ legs

(Ritratt: EPA)

Olympiacos għaddew għall-finali tal-UEFA Europa Conference league fejn se jaffrontaw lil Fiorentina l-Erbgħa 29 ta’ Mejju fid-9:00pm, wara li għelbu lil Aston Villa 2-0 fit-tieni leg tas-semifinali bl-iskor Aggregate ikun 6-2.

Olympiacos skorjaw il-gowl tant importanti li kien fundamentali biex iwitti t-triq għall-finali wara biss għaxar minuti logħob meta Ayoub El Kaabi sab ix-xibka meta xeħet ġewwa mill-viċin.

L-istess El Kaabi kompla l-istaġun b’saħħtu tiegħu hekk kif fit-78 minuta kkonferma għal kollox ir-rebħa u l-kwalifikazzjoni għall-finali b’gowl ieħor f’ismu, din id-darba mis-suġġeriment ta’ Tzolakis.

Rebħa sorprendenti għat-tim Grieg li jfisser li se jilagħbu l-ewwel finali f’kompetizzjoni fil-UEFA fl-istorja, filwaqt li Fiorentina se jkunu involuti fil-finali tal-UEFA Europa Conference League għat-tieni sena konsekuttiva.

UEFA
EUROPA CONFERENCE LEAGUE

L-Erbgħa
C.Brugge v Fiorentina 1-1(3-4)
Ilum
Olympiacos v A.Villa
FINALI – L-ERBGĦA 29 MEJJU 2024
Olympiacos v Fiorentina 9:00pm