Futbol Sport

Europa League: Bayer Leverkusen iżommu r-rekord ta’ partiti bla telf biex jikkwalifkaw għall-finali kontra Atalanta

(Ritratt: EPA)

Bayer Leverkusen b’mod inkredibbli żammew ir-rekord perfett bla telf għal 49 partita hekk kif dawru telfa fi draw kontra Roma biex għaddew għall-finali tal-UEFA Europa League bl-iskor aggregate ta’ 4-2.

L-iskor tat-tieni leg kien 2-2.

Miraklu mit-tim imexxi minn Xabi Alonso li rnexxielhom idawru l-iskor wara li sab ruħu minn taħt fit-43 minuta minn penalty ikkonvertit minn Leandro Parades, bl-istess Parades jiskorja penalty ieħor fis-66 minuta biex jagħmel l-iskor aggregate 2-2.

Però, Bayer Leverkusen skorjaw żewġ gowls fl-aħħar għoxrin minuta logħob biex għamluha għall-finali, meta fit-83 minuta kien awtogowl ta’ Gianluca Mancini reġa’ tefa’ lil Bayer f’post ta’ kwalifikazzjoni, filwaqt li Josip Stanisic skorja fis-97 minuta biex irnexxielu jżomm ir-rekord perfett tat-tim tiegħu, hekk kif jinsabu 49 partita bla telfa f’kull kompetizzjoni.

Din hija l-ewwel finali Ewropea li se jilagħbu Bayer Leverkusen mill-2002 fejn kienu tilfu l-finali taċ-Champions League kontra Real Madrid 2-1.

Atalanta wkoll għaddew għall-finali hekk kif għelbu lil Marseille 3-0 fil-Gewiss Stadium, bl-iskor wara żewġ legs ikun 4-1.

Dan ifisser li Atalanta se jkunu t-tieni tim Taljan li se jilagħbu finali Ewropea wara Fiorentina għaddew għall-finali tal-Europa Conference League.

Rebħa faċli għal La Dea, bl-Ingliż Ademola Lookman jiżblokka l-iskor wara nofsiegħa logħob, u jagħmel l-iskor aggregate 2-1. Fit-52 kien id-difensur laterali Matteo Ruggieri li sab ix-xibka għat-tieni gowl tal-partita, segwit minn gowl taż-żagħżugħ El Bilal Toure fl-aħħar sekondi tal-partita.

Ilum
Atalanta v Marseille 3-0 (4-1)
B. Leverkusen v Roma 2-2 (4-2)
FINALI – 22 TA’ MEJJU
Atalanta v B, Leverkusen 9:00pm