Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li żelaq fl-ilma tax-xita

Raġel ta’ 39 sena minn Ħal Luqa qed jissielet għal ħajtu wara li għall-ħabta tas-7:15am spiċċa żelaq fl-ilma tax-xita waqt li kien dieħel f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Orazio Diacono, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marru fil-post u minn stħarriġ li sar jidher li l-vittma żelaq u weġġa’.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.