Lokali

Gwerra fil-miftuħ: Rosianne Cutajar tattakka lil Cyrus Engerer

“F’dawn il-mumenti jingħarfu l-irġiel mit-tfal.”

Kienet b’dan il-mod li s-suppost deputat indipendenti, Rosianne Cutajar ħarġet tattakka lil Cyrus Engerer apertament fuq il-profil ta’ Facebook tagħha.

U fl-istess waqt ħarġet tiddefendi lil Chris Fearne. L-istess persuna li tinsab akkużata bi frodi iżda għadha ma rriżenjatx tant li tokkupa l-kariga tagħha.

Cutajar tefgħet din il-post fuq Facebook wara aħbar fil-midja li Cyrus Engerer qed iqajjem dubji dwar in-nomina ta’ Fearne għal Kummissarju Ewropew.