“Il-Partit Nazzjonalista qiegħed hemm għalik f’kull belt u raħal, fil-pjazez, fit-toroq kollha tal-lokalità tiegħek”
Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq u Ħal Kirkop, fejn spjega illi l-Partit Nazzjonalista għandu pjan ċar kif il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jgħix aħjar fil-lokalità tiegħu. Fosthom l-ippjanar kif isiru l-permessi ta’ xogħlijiet fit-toroq Maltin u Għawdxin sabiex ma tinħoloqx inkonvenjenza għar-residenti filwaqt li jsiru aktar spazji miftuħa; spazji ii jinżammu fi stat tajjeb.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-Kunsill Lokali huwa l-għodda li bih jittieħdu d-deċiżjonijiet viċin in-nies.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem favur il-poplu; għall-kuntrarju ta’ dawk kollha implikati fl-Inkjesta Vitals – fosthom l-Eks Mexxej Laburista Joseph Muscat, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna flimkien ma’ numru ta’ Segretarji Permanenti.
Fid-diskors tiegħu Bernard Grech spjega kif Robert Abela qed jarmi lil sħabu, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jgħid li l-Prim Ministru ilu ġranet jipprova jindika li hu ma kellux sehem fid-deal ta’ Vitals u Steward, minkejja li kien hu l-konsulent ta’ Joseph Muscat.
Bernard Grech fakkar li l-ewwel laqgħa tal-Prim Ministru Robert Abela, fil-kariga ta’ Prim Ministru kienet proprju ma’ ta’ Steward – fil-preżenza ta’ Joseph Muscat.
Intant, huwa tenna li l-PN jibqa’ favur Malta dejjem u għalhekk in-nies implikati f’dan id-deal tal-Vitals għandhom jerfgħu responabbiltà politika minnufih għaliex kemm idumu fil-kariga tagħhom se jniżżlu lill-pajjiżna magħhom.
//= $special ?>